Id-deputati ta’ Bernard Grech jinsabu skomdi bl-aħħar ġlied fil-Partit Nazzjonalista bejn il-Kap u l-eks Kap Adrian Delia.
Dan hekk kif il-Kap Nazzjoanalista qal li l-Partit Nazzjonalista jinsab aħjar taħtu għaliex ħadd ma mar għand il-President biex jibdlu.
Waqt konferenza fil-Parlament, il-Ħamis waranofsinhar, id-deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ kienet skomda meta ONE News staqsiha jekk il-Kap Bernard Grech għandux jitlob apoloġija lil Adrian Delia.
Hawnhekk il-ġurnalist ta’ ONE reġa’ staqsa lil Attard Previ u għal darba oħra, hija kienet skomda milli twieġeb.
Fl-istess konferenza staqsejna lid-deputart Darren Carabott, li evidentament skomdu, qabel biss ma’ Attard Previ.
Kollox beda mid-dikjarazzjoni ta’ Bernard Grech mas-sit Lovin Malta.
Pront wieġeb Delia u qal li dan huwa kejl inġust u li Bernard Grech ma għandux biex jiftaħar għaliex lilu ma tradewhx.
Imbagħad kien imiss lil Ivan Bartolo, Deputat Nazzjonalista li dan l-aħħar ħareġ fil-beraħ juri l-għadab għat-tmexxija ta’ Bernard Grech u ma’ ONE News, Ivan Bartolo saħaq li ma jinteressahx x’jgħid il-Kap Nazzjonalista.