Il-Kap tal-Gvern Skoċċiż Nicola Sturgeon, stqarret li hija mhux teskludi li jsir it-tieni referendum ta’ indipendenza fl-2018.
Din il-possibilità ila fuq l-aġenda ta’ Sturgeon minn meta r-Renju Unit iddeċieda li ma jibqax membru tal-Unjoni Ewropea.
Iżda minkejja li l-maġġoranza taċ-ċittadini fir-Renju Unit iddeċidew li ma jibqawx membri, madwar 62% tal-Iskoċċiżi vvottaw favur li jibqgħu membri tal-Unjoni Ewropea.
Meta ġiet mistoqsija mill-ġurnalisti jekk il-Ħarifa 2018 hux se tkun qed tara r-referendum fl-Iskozja, hija wieġbet li dan jiddependi skont il-ftehim li r-Renju Unit se jkollha mal-Unjoni Ewropea biex imbagħad l-Iskozja tiddeċiedi jekk issegwiex it-triq stabbilità jew tagħżilx li tieħu triq oħra.