L-avvanzi li pajjiżna qiegħed jagħmel fil-qasam tal-ġustizzja kienu kkonfermati mill-Justice Scoreboard.
Dan huwa dokument tal-Kummissjoni Ewropea li janalizza s-sitwazzjoni fil-qasam tal-ġustizzja sentejn ilu. L-effiċjenza, il-kwalità u l-indipendenza huma tliet suġġetti li jikkonsidra l-Justice Scoreboard.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet b’reazzjoni għar-rapport, il-Ministru responsabbli mill-Ġustizzja Owen Bonnici qal li din hija wirja ċara ta’ kemm saret ħidma biex pajjiżna kompla miexi ‘l quddiem fis-settur. Jekk wieħed jara r-rata ta’ kemm idum każ biex jinqata f’pajjiżna, per eżempju, issib li kien hemm titjib important.
Wieħed irid jikkonsidra s-sitwazzjoni minn fejn telaq il-pajjiż, spjega l-Ministru, imma faċli jinnota li fost l-ikbar titjib seħħ propju hawn Malta.
Saħasitra f’ċertu istanzi, Malta ġiet fl-ewwel post.
Fejn jidħol l-ammont ta’ żieda ta’ nisa fil-ġudikatura, pajjiżna wkoll jinsab fl-ewwel post.
Il-Ministru Bonnici fakkar li pajjiżna bħalissa għandu l-inqas ammont ta’ kawżi pendenti kemm ilha tinżamm l-istatistika.
Tista ssegwi x’intqal waqt l-indirizz lill-mezzi tax-xandir hawn: