Bejn is-Sibt u l-Ħadd tinsab għaddejja fiera relatata mal-professjonijiet u l-karrieri kolla li huma relatati mas-settur tas-saħħa, bl-iskop ewlieni jkun biex tingħata informazzjoni lill-istudenti u l-familji tagħhom dwar dan il-qasam mill-professjonisti nfushom.
F’din il-fiera li saret fill-Kulleġġ San Benedittu f’Ħal Kirkop wieħed jista’ jiltaqa’ ma’ bosta ħaddiema minn oqsma differenti fil-qasam mediku, kollha lesti sabiex anke permezz ta’ fuljetti, apparat mediku u filmati jispjegaw x’inhu l-irwol tagħhom, u anke saħansitra xi kwalifiki u programmi ta’ taħriġ hemm bżonn sabiex wieħed jidħol f’dan ix-xogħol.
Crew ta’ ONE NEWS kien preżenti u tkellem aa żewġ infermiera.
‘’L-irwol tax-xogħol tagħna huwa li wara li ssir l-operational theatre, l-istrumenti li jintużaw jiġu s-CSSD biex jinħaslu u jieħdu proċess ta’ sterilisation’’
‘’Aħna bħala Occupational Therapists il-professjoni tagħna timmira biex kemm jista’ jkun il-persuna tibqa’ indipendenti għal tul ta’ żmien.’’
Tkellimna wkoll ma’ Maureen Mahoney, Direttur Ġenerali responsabbli mir-riżorsi umani fil-Ministeru tas-Saħħa u Anzjanità’ Attiva fejn qaltilna li permezz ta’ din l-attività jiġu mħajjra aktar studenti sabiex jinvolvu ruħhom f’dan il-qasam ferm importanti.
‘’Hawnhekk din il-fiera hija l-ewwel darba li qiegħdin norganizzawha u hawnhekk għandna xi 25 professjoni differenti.’’