Hekk kif ilbieraħ f’pajjiżna ntlagħbet il-partita Malta – Slovakkja, f’pajjiżna kien hawn plejers tat-tim Nazzjonali Slovakk. Plejers li huma magħrufin ma’ bosta hekk kif mhux biss jilagħbu man-nazzjonal iżda huma plejers ukoll ta’ timijiet tal-futbol popolari mal-Maltin, bħal Milan u Napoli.
Filfatt, dawn il-plejers, wara r-rebħa ta’ 1-3 kontra pajjiżna, ddeċidew li jiċċelebraw mal-Maltin.
Ritratti li tpoġġew fuq il-midja soċjali juru li l-plejers Marek Hamsik u Juraj Kucka għażlu klabb popolari f’Paceville biex jagħmlu dan. Il-Maltin li kienu fil-klabb xejn ma ddejqu bil-preżenza tagħhom, speċjalment id-dilettanti tal-futbol li dawn il-plejers huma ta’ ispirazzjoni għalihom.
Dawk li ma jitilfux partita ta’ Milan jew Napoli, ma kellhomx għalfejn jaqbdu l-ajruplan biex forsi jiltaqgħu mal-plejer favorit tagħhom, iżda kellhom l-opportunità li jagħmlu dan f’Malta stess.