Grupp ta’ nies indiġeni fil-Kanada qal li sab mijiet ta’ oqbra mingħajr identifikazzjoni ta’ min hemm midfun fihom f’sit ta’ skola li kienet taħt it-tmexxija tal-Gvern Kanadiż u l-awtoritajiet reliġjużi matul is-sekli 19 u 20.
Dawn it-tp ta’ iskejjel kienu jintużaw biex jedukaw tfal ta’ familji indiġeni, imma aktar minn hekk għal skopijiet malinni.
Huwa mifhum li bejn l-1893 u l-1998 aktar minn 150,000 tifel u tifla indiġeni ttieħdu mill-familji tagħhom u tpoġġew f’dawn l-iskejjel.
Din l-iskoperta ġiet ftit ġimgħat wara li nstabu fdalijiet ta’ 215-il tifel u tifla li kienu nstabu ġo bini ta’ skola simili fil-British Columbia.
Din l-iskoperta qed tiġi deskritta bħala waħda xokkanti u orribbli hekk kif qed jitfgħu aktar dawl fuq it-trattament tad-dawn it-tfal.
Intant, aktar dettalji dwar din l-iskoperta għandhom jinħarġu aktar tard mal-jum.