Riċerkaturi fin-naħa ta’ fuq taċ-Ċina skoprew speċi ġdida tar-rhino, li huwa fost l-akbar mammiferi li jimxu fuq l-art.
Dak li qed jissejjaħ bħala Paraceratherium Linxiaense għex mas-sitta u għoxrin miljun sena ilu u kien jiżen wieħed u għoxrin tunnellata – ekwivalenti għal erba’ iljunfanti Afrikani kbar.
Ras dawn il-kreaturi hija maħsuba li kienet tilħaq mas-seba’ metri, li allura jagħmluhom itwal mill-ġiraffi.
Fi studju ppubblikat f’ġurnal tal-bijoloġija, xjentisti qalu li analiżi minn fossili li nstabu f’villaġġ Ċiniż fl-elfejn u ħmistax wasslu għal din l-iskoperta.