Il-Professur Anne-Claire Fabre, mill-Università ta’ Bern, l-Isvizzera, iltaqgħet ma’ annimal li qabditu jnaqqar imnieħru, li b’kurżità biex tkun taf aktar dwar din l-imġieba, sabet studju li jgħid li bosta annimali jagħmluha.
F’kummenti ma’ BBC, il-Professur qalet li din l-imġieba mhix studjata biżejjed, u dan għaliex fil-fatt jitqies bħala vizzju moqżież.
Il-Professur qalet li x’aktarx it-tnaqqir tal-imnieħer evolva għal xi raġuni u għalhekk għandha tiġi studjata. Żiedet tgħid li jista’ jkun li dan il-‘vizzju’ għandu xi benefiċċji peress li numru ta’ annimali, inkluż il-bniedem jaġixxi bl-istess mod.
Fost il-ftit studji dwar it-tnaqqir tal-imnieħer, hemm wieħed partikolari li jgħid l-inġestjoni tal-mucus tal-imnieħer jista’ jkollha rwol importanti għas-sistema immunitarja minħabba l-proteini immunitarji li fih.
Il-Professur qalet li din l-imġieba għandha tiġi aktar studjata fid-dettal u jekk hux verament għandha l-beneffiċji.