F’Marzu li għadda, il-kap tal-istazzjon 102.7 f’Manhattan, New York, għamel kuntatt ma’ kantant Malti, wara li ltaqa’ mal-kanzunetta tiegħu fuq YouTube. Dan huwa wieħed mill-aktar stazzjonijiet prinċipali fi New York.
Il-kantant Malti huwa Kurt Cassar, u ġie mitlub minn Murray Hill Studios biex jitla’ New York sabiex jibda jipproduċi kanzunetti oriġinali bil-possibiltà li jindaqqu fuq l-istazzjonijiet prinċipali Amerikani u jagħti wirjiet f’postijiet kummerċjali f’ Manhattan, New York.
L-avventura ta’ Kurt tibda f’ Awwissu li ġej. Għal dan esprima entużjażmu kbir – li hu żgur hu li se nisimgħu dwar il-kisbiet tiegħu bogħod minn xtutna. Kurt jingħata taħriġ fil-vuċi minn Gillian Attard.