Il-President Amerikan, Donald Trump, qal li l-massimmu ta’ każijiet ġodda tal-Coronavirus fl-Istati Uniti ntlaħaq u għalhekk bassar illi l-lockdown f’ċertu stati se titneħħa f’April minflok f’Mejju kif inhu maħsub.
Trump qal illi aktar informazzjoni dwar il-ftuħ ta’ ċertu stati se jkun qed jagħtihom matul il-jum tal-Ħamis hekk kif se jkun qiegħed jiddiskuti l-linji gwida dwar it-tneħħija tal-lockdown mal-gvernaturi.
Il-President Amerikan qal li jrid li l-pajjiż jirritorna għal kif kien qabel il-pandemija. Madankollu, fl-Amerika s’issa hemm madwar 640,000 persuna infettati bil-virus u kważi 31,000 mewta kawża tal-COVID-19.
Meta kien mistoqsi dwar il-fatt li l-Amerika huwa l-aktar pajjiż minn madwar id-dinja li fih ġew irraportati mwiet, Trump akkuża lill-pajjiżi oħra fosthom iċ-Ċina li gibdu dwar ir-rata ta’ mwiet li rraportaw.