Il-President Amerikan Donald Trump qies in-numru ta’ każijiet tal-Coronavirus fl-Amerika, l-ogħla rata fid-dinja – bħala unur għall-Istati Uniti.
Waqt li kien qed jindirizza l-ewwel laqgħa tal-kabinett minn mindu faqqet il-pandemija, il-President Amerikan qal ilhi qed iħares lejn in-numri bħala xi ħaġa pożittiva u dan għaliex ifisser li l-mod ta’ kif qed isiru t-testijiet huwa ferm aħjar minn dak ta’ pajjiżi oħra.
Fl-Amerika saru aktar minn 12-il miljun test filwaqt li l-aħħar indikazzjonijiet juru li fl-Istati Uniti hemm miljun u nofs persuna infettata u ‘l fuq minn 90 elf vittma kawża tal-COVID-19.
Intant, ir-Russja saret it-tieni pajjiż bl-ogħla rata ta’ każijiet, hekk kif għandha tliet mitt elf każ tal-Coronavirus ikkonfermat.