Id-deputat Nazzjonalista, Jason Azzopardi, tefa’ l-ġebla fuq saqajh meta ħareġ jattakka lill-Gvern, li ħadem ma’ banek kriminali fuq l-impjant tal-gass tal-Electrogas.
Dan għaliex il-bank li semma d-Deputat Jason Azzopardi fil-Parlament, huwa l-istess wieħed li l-Gvern li kien parti minnu hu uża meta ried jitrasferixxi l-ishma tiegħu fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta.
Meta sar dan il-ftehim Jason Azzopardi kien diġà deputat parlamentari tal-istess Gvern Nazzjonalista.
Skont Jason Azzopardi, il-bank BNP Paribas huwa bank kriminali iżda l-fatti juru li dan hu l-istess bank li Gvern Nazzjonalista kien uża biex jagħtih il-pariri u jmexxi l-proċess tal-privatizzazzjoni tal-ajruport internazzjonali ta’ Malta.
Dakinhar konsorzju internazzjonali mmexxi mill-Vienna Internation Airport għamel ftehim miljunarju mal-Gvern Malti.
Mhux biss biex għadda għandu l-kapital, iżda biex jieħu t-tmexxija tal-bank.
Biex għamel dan, il-Gvern ta’ Eddie Fenech Adami uża lil dawk li skont Jason Azzopardi mhuma xejn għajr kriminali.