Is-Segretarju Ġenerali tan-NATO, Jens Stoltenbeg qal li l-Ukrajna tista’ tirbaħ il-gwerra hekk kif jidher li l-pjan tal-invażjoni Russa mhux sejjer skont kif ippjanat.
Tkellem ukoll dwar kif ir-Russja waqfet l-attakki tagħha fir-reġjun ta’ Donbas.
Fil-fatt dan ir-reġjun kien fil-mira tar-Russja wara li falliet milli tieħu taħt il-kontroll tagħha il-kapitali Ukrena Kiev.
F’messaġġ li għadda l-President tal-Ukrajna qal, li wara dan l-iżvilupp, pajjiżu qed jipprepara għall-attakki ħorox mir-Russja fin-Nofsinhar tal-pajjiż.
Hawn tenna l-appell biex pajjiżi tal-Punent jimponu sanzjonijiet fuq iż-żejt mir-Russja.
Intant, fil-jiem li ġejjin fl-Estonja u l-Latvja mistenni jibda wieħed mill-akbar eżerċizzji militari tan-NATO li qatt sar.
Il-Pirm Ministru tal-Isvezja, Magdalena Andersson, qalet li aktar tard illum se tressaq quddiem il-parlament l-applikazzjoni biex tissieħeb man-NATO.