Skont il-Partit Nazzjonalista u l-kelliem Nazzjonalista għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali, għad-difiża t’attakki mill-ajru, l-Armata għandha tuża kanuni tat-Tieni Gwerra Dinjija. Dan ikkonfermah Darren Carabott stess fi stqarrija li ħareġ il-Gimgħa waranofsinhar. Huwa ppublika xi ritratt ta’ numru ta’ kanuni u generators li twaqqfu mis-servizz madwar għoxrin sena ilu wara li kienu ilhom kummissjonati sa mit-Tieni Gwerra.
Il-kanuni tat-tip Bofors 40mm kienu jintużaw għad-difiża mis-suldati Inglizi waqt attakki mill-ajru minn ajruplani Taljani u Ġermaniżi. Wara l-gwerra u l-Ħelsien mill-Ingliżi, huma baqgħu f’pajjiżna u bdew jintużaw l-aktar f’okkażjonijiet ċerimonjali kif jixhed ir-ritratt meħud fis-sittinijiet.
Kontra kif pprova jimplika Carabott, tul dawn l-aħħar tnax-il sena ta’ amministrazzjoni Laburista, l-Armata rat fost l-akbar investiment li qatt sar fiha.
Tul dawn l-aħħar snin il-Forzi Armati ta’ Malta inawgurat Ċentru tal-Operazzjonijiet ġdid fjamant ġewwa l-Barracks ta’ Ħal-Luqa. Apparti dan ġie varat ukoll il-bastiment P71 b’investiment ta’ aktar minn 50 miljun Ewro. Permezz ta’ dan il-bastiment l-FAM kompliet issaħħaħ il-kapaċitajiet tagħha permezz ta’ rondi ta’ sorveljanza mal-kosta u f’ibħra internazzjonali.
Sar ukoll investiment fi Small Arms Simulator bi spiża ta’ aktar minn miljun ewro u kif ukoll f’titjib u manutenzjoni kontinwa fil-flotta tal-ajru tal-Forzi Armati.
AQRA WKOLL: