F’Ta’ Qali, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech qal li Gvern Laburista ħalla lill-familji, il-ħaddiema u l-pensjonanti waħidhom.
“Ħaddieħor ħallikom tgħumu waħidkom fil-mewġ tal-għoli tal-ħajja, nesa’ lill-pensjonanti, nesa’ lilkom l-istudenti, lillkom l-anzjani.”
Il-Kap tal-PN, Bernard GrechREKLAMSKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan meta Gvern Laburista mmexxi mill-Prim Ministru Robert Abela żamm stabbli l-prezzijiet tal-enerġija u l-fuels f’perjodu ta’ sfidi internazzjonali bla preċedent. Dan apparti li baġit wara l-ieħor, Gvern Laburista ta żieda fiċ-childrens’ allowance, il-pensjonijiet u ta l-akbar tax cut fl-istorja ta’ pajjiżna.
Ma’ dan, il-Kap Nazzjonalista qal hekk ukoll dwar il-Gvern.
“Il-Gvern tal-paroli, il-Gvern tal-PRs, il-Gvern tal-press conferences, il-Gvern tal-powerpoint presentations, il-Gvern tal-programmi u tal-viżjonijiet.”
Il-Kap tal-PN, Bernard Grech
Min-naħa l-oħra, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech għal darba oħra semma l-passat.
“Kien il-Partit Nazzjonalista. Hawn min jgħidilna kemm se ddumu mwaħħla b’nostalġija.”
Il-Kap tal-PN, Bernard Grech
F’diskors ta’ ftit inqas minn nofs siegħa, Grech li attakka lill-Partit Laburista.
“Gvern suppost Laburista.”
Il-Kap tal-PN, Bernard Grech
Imbagħad semma għal bosta drabi li jrid ikun fil-Gvern.
“Gvern ġdid Nazzjonalista.”
Il-Kap tal-PN, Bernard Grech