Il-kandidat għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, deher skomdu ferm meta mistoqsi jekk Simon Busuttil għandux iżomm is-siġġu parlamentari tiegħu ladarba jinħatar kap ġdid.
Delia li jagħti l-impressjoni li għandu opinjoni fuq kollox ftit li xejn ried jitkellem dwar x’għandu jiġri minn Busuttil ladarba ma jibqax kap.
Mario Galea, li qed jappoġġja lil Delia, qal ċar u tond li Busuttil għandu jwarrab iżda Delia kien kawt. B’mod stramb ħafna qal li teknikament qas jista’ jkollu opinjoni.