Beppe Fenech Adami jgħid li m’għandux problemi bil-każ Capital One, kumpanija li kienet titmexxa minn fiduċjarja li kien direttur tagħha.
Iżda, meta l-mistoqsija tibda ssir diretta jidher skomdu. Meta ma jkollux fejn idur jattakka, anke jekk id-domanda tkun sempliċi. Tliet ijiem wara li Malta ġie l-PANA Committee u kien indikat li l-każ se jispiċċa investigat mill-Europol Fenech Adami kien ositili għad-domandi tagħha.
Għal mistoqsija sempliċi dwar jekk Baltimore Fiduciary kinetx għamlet due diligence ta’ Capital ONE, Fenech Adami qalilna biss li ma nafux x’inhu due diligence.