Konferenza tal-aħbarijiet tal-Partit Nazzjonalista kixfet kemm l-istess deputati tal-Partit mhumiex lesti jgħattu lill-Kap tagħhom meta dan inqabad jigdeb.
Dan deher ċar hekk kif il-Partit Nazzjonalista tella’ konferenza dwar l-inflazzjoni.
Kien hawn li ġurnalist tal-istazzjoni propju staqsa fuq l-inflazzjoni fuq il-prezzijiet tal-fjuwils u kif il-Kap Nazzjonalista gideb meta qal li l-prezzijiet tal-fjuwils fil-Lussemburgu huma irħas minn dawk ta’ pajjiżna.
Fil-fatt, ma’ ġurnalist ta’ dan l-istazzjon Bernard Grech qal hekk.
Id-Deputat Nazzjonalista Albert Buttigieg ġie mistoqsi propju dwar dan u evidentament skomdu għamel minn kollox biex jevita jwieġeb l-ovvju.
Madankollu meta ppressat iktar dwar il-gidba tal-Kap Nazzjonalista Buttigieg, flok qabeż għall-kap spiċċa remih u qal li ma jistax jikkumenta.
Saħansitra pprova jweħħel fil-ġurnalist għax qal li provdilux kuntest meta fil-verità, il-mistoqsija kienet waħda ċara.
Iżda Buttigieg ma kienx waħdu li ma għattiex il-Kap. Maġenbu l-istess għamel id-Deputat Nazzjonalista tal-establishment Mark Anthony Sammut hekk kif sostna li huwa qatt ma’ mar il-Lussemburgu.