Fid-dawl li l-Partit Nazzjonalista ħa deċizjoni interna li l-iskema ta’ dejn sigriet titħaddem kif kien ippjanat oriġinarjament, id-deputati qed ikunu skomdi jwieġbu dwarha. Inkella jgħidu li m’għandhomx dettalji, jew saħasitra jgħidu li l-isem mhux se jinżamm sigriet għax se jkun jaf bih il-Partit Nazzjonalista.