Bl-inkjesta Capital One imdendla fuq ras il-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami ma sibniex deputati Nazzjonalisti komdi jwieġbu dwar is-suġġett.
Staqsejnihom mistoqsija sempliċi. Jekk jemmnux li Fenech Adami għandux joqgħod għal tax audit.
Dan fid-dawl li fl-istess żmien li kien Direttur ta’ Baltimore Fiduciary, li kienet tieħu ħsieb l-affarijiet ta’ Capital One, il-kont bankarju ta’ Fenech Adami tela’ għal miljun ewro.
L-ewwel mistoqsija għamilniha lill-Kap tal-Partit, Simon Busuttil.