Bdiet tieħu s-sura tagħha l-iskola primarja ġdida li qiegħda tinbena f’Wied il-Għajn b’investiment ta’ aktar minn erbgħa miljun ewro.
L-iskola proġett ieħor tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada se jkollha ħamsa u għoxrin klassi u faċilitajiet edukattivi bħal ċentru għall-ħarsien tat-tfal, kindergarten, multi-purpose halls u sala kbira fuq il-bejt li tesa’ erba’ mitt ruħ.
Il-perit responsabbli mill-proġett Andrew Farrugia qal li fl-aħħar xhur issokta x-xogħol fuq il-bini ta’ parkeġġ taħt l-art, spazju għal ċentru ta’ distribuzzjoni tal-elettriku u l-pjan terren. Żied jgħid li fil-jiem li ġejjin mistenni jissaqqaf ukoll l-ewwel sular.
Spjega li l-iskola qed tinbenda bi standards favur l-ambjent bil-għan li l-kosum tal-enerġija jkun fil-minimu posibbli.
“Apparti li hi mibnija b’2 qoxriet, allura dejjem qed taqta’ iktar minn barra, għandha insulation, se jkollha insulation, kemm mal-hitan kollha, u anke mas-soqfa.
Bhala twieqi se jkunu double-glazed ukoll.
Apparti minn hekk se jkun hawn ġibjun kbir.”
Ġibjun li se jiġbor fih ilma għat-tisqija tal-pjanti u l-landscaping, u għas-servizzi sanitarji fl-iskola.
Il-Perit Farrugia innota li s-sistema ta’ ħitan doppji u kisja ta’ iżolazzjoni huma f’konformità ma’ regoli ġodda Ewropej. Sistema li tista’ sservi ta’ eżempju għal skejjel jew binjiet oħra fil-ġejjieni.
Barra minn hekk, l-istruttura tal-iskola hi maqsuma fi tnejn, biex tkun iktar reżistenti f’każ ta’ theżżiżiet sismiċi.
Forsi l-ikbar sfida, spjega l-Perit, kienet fil-bidu, biex jinstab blat tajjeb għall-pedament. Fil-fatt dan wassal biex it-tħaffir kellu jinżel iżjed fil-fond milli mistenni.
Minkejja dan, ix-xogħol – li beda s-sena li għaddiet kompla għaddej, biex il-proġett mistennija jitlesta sa tmiem is-sena.
Din l-iskola, se tikkumplimenta skola oħra diġà oħra primarja f’ Wied il-Għajn u se tilqa’ għaż-żieda fil-popolazzjoni ta’ din il-lokalità.
Skola li tingħaqad ma’ inizjattivi ta’ bini ta’ skejjel oħrajn li hemm pjanati, fosthom fil-Qawra, ir-Rabat Għawdex u l-Imsida.