Tnediet skills card għas-settur tal-kostruzzjoni. Proġett li se jserraħ moħħ il-konsumatur li s-servizz li qed jirċievi jingħata minn persuni kkwalifikati.
Fl-istess ħin ittejjeb l-istandards fl-industrija, ittejjeb il-prattiċi tas-saħħa u sigurtà u tagħti għarfien xieraq lill-ħiliet u snajja tal-ħaddiema kwalifikati.
F’Ottubru li għadda l-Gvern nieda white paper dwar l-iskills card. Magħtul l-2016 din se tinħareġ għall-bajjada, kaħħala, assistant electricians u plumbers. Biex wieħed jingħata skills card, irid jippreżenta ċertifikat t’attendenza ta’ kors dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Jekk ma jkollux ċertifikat, wieħed jista’ japplika mal-ETC biex jiġi trade tested fis-sengħa.
Hemm il-ħsieb li fi żmien ħames snin, is-snajja professjonisti kollha fis-settur tal-kostruzzjoni jkunu koperti bl-iskills card.