L-akbar prova tas-suċċess tal-Istrateġija tal-Gvern fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli hija d-domanda dejjem tiżdied tal-Pannelli Fotovoltajiċi permezz ta’ skemi li jinħarġu minn żmien għal żmien u li apparti li qed ikunu ta’ għajnuna għall-familji u n-negozji li jgħażlu li jinvestu, qed ikomplu jiġġeneraw aktar flus fl-ekonomija kif ukoll aktar negozji jgħażlu li jimirhu f’ dan is-settur. Prova ċara ta’ dan hija ż-żewġ miljun ewro iżjed allokati mill-Gvern għal din l-iskema.