Il-Ministeru għad-Djalogu Soċjali nieda żewġ skemi ta’ volontarjat biex iħeġġu iktar żgħażagħ jikkontribwixxu f’dan is-settur.
L-ewwel skema tinkludi taħriġ li tgħin għaqdiet biex jgħallmu liż-żgħażagħ isaħħu l-ħiliet tagħhom f’dan il-qasam. L-iskema l-oħra li kienet diġà offrutà s-sena li għaddiet toffri opportunità liż-żgħażagħ li anke jistgħu jsiefru ma’ għaqdiet li jagħmlu xogħol volontarju barra minn xtutna.
Il-Kunsill Malti għall-Volontarjat irrimarka kif l-istruttura tas-settur volontajru qed tkompli tissaħħaħ u dan b’inizijattivi li qed jieħu l-Ministru għad-Djalogu Soċjali.
Min-naħa tagħha, il-Ministru Helena Dalli emfasizzat fuq l-importanza li l-kultura tal-volontarjat titrawwem fost iż-żgħażagħ u fakkret fil-ħidma li għaddejja fl-emenda tal-liġi tal-volontarjat maħsuba biex jonqsu l-abbużi f’dan il-qasam.