Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana ħabbret skema ta’ għajnuna ġdida mmirata lejn tfal, adoloxxenti u żgħażagħ Għawdxin li qed jaspiraw li jidħlu fid-dinja tal-ispettaklu. Il-Minstru Caruana qalet li matul l-2018 pajjiżna esperjenza numru impressjonanti ta’ attivitajiet kulturali u dan mhux b’inqas f’Għawdex fejn dawn l-attivitajiet ġew organizzati f’kull rokna ta’ gżiritna u attiraw udjenzi sbieħ.
‘Permezz ta’ din l-għajnuna, il-Ministeru għal Għawdex qed jagħti l-opportunità li tfal u żgħażagħ jassisitu mill-qrib għal attivitajiet kulturali u spettakli’, qalet il-Ministru Caruana. Hi żiedet tgħidq li l-programm popolari X-Factor ser ikun l-ewwel avveniment li l-Ministeru ser jipprovdi sussidju għalih però żgur mhux l-uniku wieħed. Il-Ministeru għal Għawdex se jissussidja 75% tal-prezz oriġinali tal-biljett lil applikanti eliġibbli, waqt li l-ispiża tat-trasport imsemmija se tkun iffinanzjata kompletament mill-Ministeru għal Għawdex jekk ikun prenotat trasport kollettiv, qalet il-Ministru Caruana.
L-applikazzjonijiet ser ikunu disponibli mis-sit mgoz.gov.mt
Ritratt: MGOZ