Sal-aħħar ta’ Jannar, il-bdiewa u r-raħħala Maltin u Għawdxin jistgħu jibbenefikaw minn total ta’ €10 miljun oħra ġejjin minn fondi Ewropej. Dan intqal mill-Kap Eżekuttiv ta’ Servizzi Ewropej f’Malta, Rodrick Zerafa, f’kumment ma’ ONE News.
“Skema li l-allokazzjoni għaliha hi ta’ €10 miljun, però din id-darba n-nefqa trid tkun aktar minn €30,000. Jiġifieri din id-darba n-nefqa tista’ tkun għall-proġett u sistemi oħrajn li jkunu aktar b’saħħithom li jistgħu aktar ta’ benefiċċju lill-bdiewa u r-raħħala tagħna.”
Rodrick Zerafa, Kap Eżekuttiv, SEMREKLAMSKROLLJA BIEX TKOMPLI
Din mhijiex l-ewwel skema minn fondi Ewropej għall-bdiewa, hekk kif, sal-aħħar tas-sena l-oħra, 450 bidwi u raħħal ibbenefikaw minn għajnuna finanzjarja b’total ta’ €3.6 miljun.
“Ħafna minnhom nefqu dawn il-flus f’tagħmir li jagħmel differenza fil-ħajja tagħhom biex ikunu jistgħu jagħtu prodotti aħjar lill-konsumaturi Maltin u Għawdxin.”
Rodrick Zerafa, Kap Eżekuttiv, SEM
Il-Kap Eżekuttiv tas-SEM spjega li l-aġenzija tagħti servizz b’xejn biex wieħed ikun jista’ japplika għall-fondi Ewropej. Intqal li permezz ta’ dawn il-fondi, qed tingħata għajnuna kruċjali lil dan is-settur.