- 20 student jibbenefikaw mill-iskema studji ta’ speċjalizzazzjoni għaż-żgħażagħ
Din l-iskema tippermetti lill-istudenti ta’ bejn it-18 u t-30 sena li jixtiequ jkomplu l-istudji tagħhom barra mill-pajjiż biex japplikaw għal ‘loan’ b’rata ta’ imgħax sussidjata. Din l-iskema hija r-riżultat ta’ ftehim ta’ kollaborazzjoni li għaddej bejn l-‘Aġenzija Żgħażagħ’ u l-APS Bank.
Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sports u Organizzazzjonijiet Volontarji, Clifton Grima filwaqt li faħħar din il-kollaborazzjoni bejn l-Aġenzija Żgħażagħ u APS Bank u awgura lil dawn l-20 student li se jibbenefikaw minn din l-iskema, saħaq kif Aġenzija Żgħażagħ jirnexxiela timla vojt fit-trajettorji edukattivi tal-istudenti, u toffri self issussidjat għall-korsijiet speċjalizzati li mhumiex offruti f’Malta.
Din l-iskema ilha topera mill-2011 u 125 kandidat bbenefikaw mill-iskema. Il-YSSS hija wahda mill-fergħat tal-programm ta’ tisħiħ ta’ Agenzija Zghazagh u parti minn ‘National Youth Policy – cross-sectoral Action Plan on Education and Training’ li għandha l-għan li ttejjeb il-livelli tal-edukazzjoni u l-progressjoni taż-żgħażagħ.
Din is-sena 20 student li se jibbenefikaw minn din l-iskema, 10 studenti se jingħataw sussidju ta’ 100%, u 10 studenti se jingħataw sussidju ta’ 75%.