F’ Awwissu li għadda l-gvern nieda skema t’ aċċess għall-finanzi alternattiva għall-kumpaniji żgħar u medji li ma jsibux l-appoġġ tal-banek kummerċjali biex iniedu jew jespandu n-negozju tagħhom.
One News tkellem ma’ Adrian Said, ic-Chairman tal-korporazzjoni li ħadet ħsieb din l-iskema, biex naraw kemm kienu l-kumpaniji li rrikorrew għas-Seed Investment Scheme- u jidher li din kienet suċċess ikbar milli mistenni.