L-iskema ta’ sħubija bejn gvern u privat imħaddma fi żmien Gvern Nazzjonalista għall-bdil ta’ uċuh ta’ toroq marret żmerċ.
Kunsilli Lokali kienu ilhom jgħidu kif din l-iskema daħħlithom f’iktar inkwiet u wasslet għal pressjoni finanzjarja liema bħalha. Issa hemm ukoll konferma tal-Awditur Ġenerali, ta’ kemm fi żmien Chris Said din l-iskema marret totalment żmerċ.