Il-portijiet ta’ Malta minn dejjem servew ta’ dar għal dgħajjes tradizzjonali tal-injam, kull waħda b’karattru uniku li jirrifletti l-kultura rikka ta’ gżiritna.
Fid-dawl ta’ dan, il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali nieda skema ta’ Preservazzjoni tad-Dgħajjes Tradizzjonali, immirata biex tagħti sostenn finanzjajru lis-sidien tad-dgħajjes tradizzjonali tal-injam fosthom il-luzzu, il-kajjika, firilli, frejgatini, dgħajjes tal-pass, dgħajjes tal-Latini u oħrajn.
Il-Ministru Owen Bonnici spjega kif din l-skema li ser jibbenefikaw minnha minimu ta’ 16 il-applikant u ser tkompli tħares dawn l-opri tal-baħar li filwaqt li huma wirt kulturali, tant isebbħu l-ibħra u l-portijiet fil-gżejjer tagħna.
Qal, “L-iskop tal-skema huwa li aħna ngħinu lil dawk il-persuni li għandhom dgħajjes tradizzjonali Maltin b’għajnuna finanzjarja modesta li tmur għall-manutenzjoni ta’ dik id-dgħajsa tradizzjonali Maltija. F’moħħna għandna dawk id-dgħajjes purament tradizzjonali li għandhom funzjoni jew ta’ transport jew inkella ta’ sajd li normalment tintuża b’mod artiġjanali. U dan huwa pass ieħor biex inkomplu nippreservaw aspetti differenti tal-storja ta’ pajjiżna.
Is-Segretarju Permanenti Joyce Dimech spjegat li l-għajnuna li ser tingħata permezz ta’ din l-skema lis-sidien ta’ dgħajjes elegibbli ser tlaħħaq sa’ massimu ta’ ħames t’elef lil kull applikant b’total ta’ €80,000 u ser isservi sabiex tkopri spejjeż assoċjati mal-preservazzjoni u l-manutenzjoni tad-dgħajjes tradizzjonali tal-injam, inklużi tiswijiet, restawr, u manutenzjoni meħtieġa.
Qalet, “Din l-skema hija mmirata għal dawk li għandhom dgħajjes tas-sajd li huwa sajd tal-passatemp. Dawk li aħna nsejjħulhom category MSC u S iġifieri mhux dgħajjes tas-sajd professjonali. Ser ngħatu sa massimu ta’ ħames t’elef ewro lil kull applikazzjoni sintendi jekk dak li qed jiġi propost ser jiġi evalwat u jkun instab li huwa eliġibli.”
L-appikazzjonijiet għal din l-iskema se jintlaqgħu sal-4 ta’ Ottubru li ġej u għal iktar informazzjoni wieħed jista’ jaċċessa s-sit.