Wara li l-Gvern daħħal l-iskema tal-Equity Sharing għal dawk li jagħlqu erbgħin sena, is-sena d-dieħla se tkun introdotta skema ġdida immirata għal dawk li għandhom inqas minn 40 sena u li għalkemm ikunu eliġibbli għal self minn bank kummerċjali, ma jkollhomx il-likwidità li jħallsu f’daqqa l-10 fil-mija depożitu.
B’din l-iskema, il-Gvern, bi ftehim ma’ bank jew banek, se jissellef l-ammont tad-depożitu li jitħallas lura bin-nifs fuq medda ta’ 15-il sena u l-imgħaxx fuq dan is-self jitħallas mill-Gvern.
Il-pagament massimu li l-Gvern se jkun qed joħroġ hu ta’ €17,500.