Is-siti storiċi ta’ Skorba u Ta’ Ħaġrat fl-Imġarr infetħu għal għajnejn il-pubbliku sbaiex ikunu jistgħu jgawdu l-wirt storiku Malti filwaqt li jeduka ruħu fuq il-valur imprezzabbli ta’ dawn is-siti.
Dawk li għal ħafna jitqiesu bħala borġ ġebel huma fil-verita siti miżgħuda bi fdalijiet minn żmien Għar Dalam sa żmien il-Bronż li bejn wieħed u ieħor jiġu bejn 3600 sa 2500 qabel Kristu.
It-tempji ta’ Skorba u Ta’ Ħaġrat fl-Imġarr kienu miftuħin tul il-jum tal-Ħadd flimkien ma’ gwida minn Heritage Malta li setgħu jassistu lil kull min kellu xi kurżita jew tnejn fuq dawn is-siti.
Huwa interessanti li wieħed ikun jaf li ħadd ma jaf eżatt għala kienu jintużaw dawn it-tempji hekk kif dawn in-nies ma kienux jgħixu fihom. Minkejja dan fi Skorba nstabu xi għerejjex fuq is-sit meta huwa mifhum li f’dawn iż-żminijiet in-nies kienu jgħixu fl-għerien. Dan flimkien ma’ xi figuri ta’ nisa li nstabu ġewwa strutturi ovali.
Min-naħa l-oħra f’Ta’ Ħaġrat instab mudell żgħir ta’ tempju u manku taċ-ċeramika mżejjen b’ras ta’ muntun.
Iż-żewġ tempji storiċi u vitali għall-istorja Maltija huma meqjusin bħala sit t’importanza storika hekk rikonoxxut mill-UNESCO.