L-iskejjel tal-Knisja ser jimxu fuq l-istess passi tal-iskejjel tal-istat u għaldaqstant l-edukaturi ser ikunu qed jirritornaw kif stabbilit oriġinarjament mill-iskola rispettiva u l-istudenti jidħlu lura bejn is-7 u l-14 ta’ Ottubru.
Fi stqarrija mibgħuta mis-Segretarjat għall-edukazzjoni Nisranija stqarret li t-tmexxija ta’ kull skola ser tagħti direzzjoni u ser tfassal pjan ta’ kif l-istudenti ser jirritornaw l-iskola.