Fost il-proposti li huma inklużi fir-riformi tal-qasam edukattiv hemm il-proċess ta’ liċenzjar tal-iskejjel. Proċess li se jsaħħaħ l-awtonomija tal-iskola filwaqt li jimmira għal servizz aqwa lill-istudent. Din id-darba anke skejjel tal-gvern irid ikollhom liċenzja u din tista’ saħansitra tintilef. Tkellimna ma’ Ian Mifsud, mid-Direttorat għall-Istandards tal-Edukazzjoni.