Fiċ-ċentru tal-Aġenzija Żgħażagħ, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Keith Azzopardi Tanti, ippremja lil numru ta’ skejjel Sekondarji u Post-Sekondarji għal bosta proġetti li ħejjew fis-sena skolastika li għaddiet, bl-għajnuna tal-Kunsill tal-Istudenti.
Is-Segretarju Parlamentari qal li l-Gvern irid jiżra’ ż-żerriegħa demokratika fl-imħuħ taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin kollha billi jagħrfu d-drittijiet u d-dmirjiet tagħhom.
Hu żied li r-rwol tal-Aġenzija Żgħażagħ hu li tara li ż-żgħażagħ f’pajjiżna jitilgħu b’valuri sodi biex ikunu ċittadini attivi b’ħidma li tibda mill-komunità.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Żgħażagħ, Miriam Teuma, qalet li ta’ kull sena aktar skejjel qegħdin jinteressaw rwieħhom biex jidħlu għal dan il-programm tal-Ischool Council Democracy Awards.