L-iskeda ta’ ONE ser tkun qed tinbidel minn Ħamis ix-Xirka sal-Għid il-Kbir. Nhar Ħamis ix-Xirka, fid-9pm edizzjoni speċjali ta’ MADWAR MEJDA fejn apparti mill-istudjos ta’ ONE fil-Marsa, il-programm se jwassal filmati diretti minn bosta lokalitajiet. F’Ħamis ix-Xirka fil-10:40pm u nhar il-Ġimgħa l-Kbira fit-8:15pm, se jixxandar id-dramm ‘IL BOGĦOD MILL-GOLGOTA.
Nhar Jum il-Ġimgħa l-Kbira, bejn it-8am u d-9:15am ONE se jxandar xandiriet għat-tfal bil-PASSJONI TA’ SIDNA ĠESU’ KRISTU addattata għat-tfal, segwita mill-film għall-familji u t-tfal: ĠESU‘. Mid-9:15am sa 3pm, xandira tal-ewwel parti tal-maratona b’risq PUTTINU filwaqt li fit-3pm, b’mod dirett mill-Bażilika ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid titwassal IL-FUNZJONI TAL-ADORAZZJONI TAS-SALIB. Fil-4:45pm edizzjoni speċjali tal-programm POPCORN fejn Ruth Frendo twasslilna informazzjoni dwar films relatati ma’ dawn iż-żminijiet, sabiex fil-5:15pm nerġgħu ningħaqdu ma’ Raħal Ġdid għax-xandira tal-PURĊISSJONI TAL-ĠIMGĦA L-KBIRA. Mid-9pm sa nofsillejl, ONE se jxandar it-tieni parti u l-għeluq tal-maratona b’risq Puttinu.
Nhar Sibt il-Għid, fl-4:10pm OSANNA LIL BIN DAVID, Kunċert tal-Ġimgħa Mqaddsa mill-Queen Victoria Band Ensemble u fit-8pm f’Xandira diretta mill-Knisja ta’ San Ġużepp f’Santa Venera, IL-VIĠILI TAL-GĦID.
Nhar Ħadd il-Għid, ftit qabel nofsinhar, ONE jingħaqad mal-Vatikan biex bħal kull sena jkun qed ixandar l-URBI ET ORBI, il-Barka tal-Papa Franġisku nhar l-Għid il-Kbir, filwaqt li fis-5:40pm ser tixxandar is-serata tat-63 edizzjoni ta’ SPORTMALTA AWARDS, L-GĦAŻLIET SPORTIVI NAZZJONALI