Minħabba l-Ftuħ Uffiċjali tal-Festa Kulturali Valletta 2018 li qiegħda ssir fil-Belt Valletta nhar is-Sibt li ġej 20 ta ‘Jannar 2018, il-Valletta Ferry Service tħabbar lill-passiġġieri stmati tagħha li f’din id-data ser topera servizz tax-shuttle li jibda wara l-iskeda normali sa nhar il-Ħadd 21 ta’ Jannar 2018.
L-aħħar vjaġġ jitlaq mill-Belt Valletta. Dan japplika għaż-żewġ rotot: Sliema-Valletta u t-Tliet Ibliet-Valletta.