L-iskola nazzjonali tal-isport f’Malta flimkien u r-Russja organizzat skambju ta’ student sportivi Maltin ma’ dawk Russi, bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Days of Moscow.
Dawn l-istudenti kellhom iċ-ċans jipparteċipaw f’sezzjonijiet ta’ taħriġ ma’ studenti fejn ħadmi flimkien u qassmu tattiċi differenti relatati mal-isport.
Dan l-iskambju ffoka fuq Table Tennis u Judo, fejn l-atleti ġew segwiti minn kowċis Russi u Maltin. Apparti minn hekk, il-medalista Olimpika Russa Tutkhalian Seda, tat lezzjonijiet għall-ġinnasti.
Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima filwaqt li laqa’ din il-kollaborazzjoni stabbilita mal-Federazzjoni Russa, saħaq li inizjattivi bħal dawn jikkontribwixxu għall-viżjoni tal-Gvern Malti li jesponi lill-atleti Maltin sabiex itejbu l-livell tagħhom
Dr. Grima stqarr: ”Permezz tagħha ħa nkunu qed naraw numru ta’ atleti miż-żewġ skejjel differenti illi jibdew jikkollaboraw flimkien u jieħdu s’hemm anke f’kompetizzjonijiet flimkien. Naħseb li din hija xi ħaġa importanti, xi ħaġa importanti minħabba il-fatt illi tagħti ideja tar-realtajiet differenti li hemm madwar id-dinja lil l-atleti tagħna.”
Is-Segretarju Parlamentari saħaq li inizzjattivi bħal dawn jikkontribwixxu għall-viżjoni tal-Gvern Malti li jesponi lill-atleti Maltin sabiex itejbu l-livell tagħhom. Barra minn hekk, l-istudenti jkollhom l-opportunità li jagħmlu ħbiberiji internazzjonali u jiltaqgħu ma’ kulturi differenti.