Il-Korea ta’ Isfel żiedet il-miżuri biex tilqa’ għat-tifqiegħa tal-Coronavirus hekk kif in-numri ta’ din l-infezzjoni qed ikomplu jiżdiedu.
Il-Gvern tal-pajjiż żied riżorsi bħal sodod, apparat mediku u ħaddiema tas-saħħa, filwaqt li fl-isptarijiet se jiġu iżolati l-pazjenti kollha b’mard respiratorju.
Il-Prim Ministru Chung Sye-kyun iddeskriva s-sitwazzjoni bħala waħda ta’ emerġenza, b’mod partikolari fl-ibliet ta’ Daegu u Cheongdo.
Il-pajjiż blokka wkoll il-militar wara li numru ta’ suldati ttestjaw fil-pożittiv għal dan il-virus.
Ritratt: Reuters