Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika javża li wara li ttieħdu diversi kampjuni tal-ilma baħar tul dawn l-aħħar jiem, iż-żona tal-għawm taħt il-lukandi fil-viċinanzi tal-Ġonna ta’ Pembroke kif immarkat bl-isfar fil-Figura 1 hija tajba għall-għawm u għalhekk l-avviż kontra l-għawm f’din iż-żona qed jiġi rtirat.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
![](https://one.com.mt/wp-content/uploads/2023/06/pr230849a.jpg)