Filwaqt li f’Sydney qed jiddomina l-maltemp, fi Queensland qed jinfirxu nirien kbar fil-foresti magħrufa bħala bushfires. Konsegwentament, eluf ta’ Awstraljani kienu kostretti jħallu djarhom hekk kif il-proprjetajiet fl-inħawi jinsabu f’riskju.
Aktar minn 130 fjamma mifruxa madwar Queensland wasslu biex il-livell ta’ periklu ġie klassifikat bħala “katastrofiku”.
L-awtoritajiet ġew kwotati jgħidu li dan l-istat qatt ma kien f’sitwazzjoni perikoluża daqskemm hu llum.