Tnedew sittin sinjal ġdid tal-lingwa Maltija ta’ għasafar differenti.
Dan hekk kif dawn l-għasafar ma kinux inklużi fil-lingwa tas-sinjali Maltija.
Proprju għal din it-tnedija li ttellgħet fir-Riżerva Naturali tas-Salini, attendew bosta persuni fosthom mill-komunità ta’ persuni neqsin mis-smigħ, interpreti u bosta organizzazzjonijiet oħra.
Għal din l-okkażżjoni saret ukoll mawra mar-riżerva hekk kif dan il-proġett kien jagħmel parti mill-proġett Erasmus+ BANOFFEE. Liema proġett għandu l-għan li jsaħħaħ l-aċċessibiltà tar-riżerva naturali għal persuni neqsin mis-smigħ.
Dan il-proġett seta’ jkun possibbli grazzi għall-Assoċjazzjoni Maltija ta’ persuni neqsin mis-smigħ flimkien ma’ BirdLife Malta.