Spezzjonijiet li saru ilbieraħ mill-Pulizija assistiti minn uffiċjali tas-Servizzi ta’ Detenzjoni, waslu għal sejba ta’ sittax-il persuna jgħixu Malta b’mod irregolari.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-ispezzjonijiet saru fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar u Birżebbuġa.
Dawn il-persuni – mill-Ghana, min-Niġerja, mill-Gambja, mill-Mali, mis-Sirja, mill-Benin u millPakistan – ittieħdu f’Ċentru ta’ Detenzzjoni fejn inbeda l-proċess sabiex ma jibqgħux fil-pajjiż.
Dawn l-ispezzjonijiet se jkomplu fil-jiem u ġimgħat li ġejjin.