Il-Laboratorju tal-MCCAA huwa fost is-sittax il-laboratorji li ġew akkreditati mill-Bord tal-Akkreditazzjoni Nazzjonali.
Ċertifikat mingħand dan il-Bord ifisser li l-laboratorji qed iħaddnu l-ogħla standards u prattiċi.
Dan hekk kif f’dan il-laboratorju jiġu analizzati kampjuni tal-asphalt, tat-tarmakk, taż-żrar fejn bħalissa qed isir ittestjar fuq il-ġebla li se tkun qed tintuża għall-pavimentar ta’ Bieb il-Belt.