Sitt persuni nqatlu u tmien oħra sfaw feruti waqt sparatura li seħħet f’moskea f’Quebec City fil-Kanada. Tiri kienu sparati lejn iċ-Ċnetru Kulturali Iżlamiku ta’ Quebec il-Ħadd filgħaxija, fejn għexieren inġabru biex jgħidu t-talb ta’ filgħaxija.
Il-pulizija kkonfermat in-numru ta’ nies mejta, u qed jitrattaw il-każ bħala attakk terroristiku.
Żewġ persuni kienu arrestati, filwaqt li l-uffiċjali jemmnu li m’hemmx suspettati oħra. Huma kkonfermaw li ż-żona kienet sigura u s-sitwazzjoni kienet taħt kontroll. Qalu wkoll li għexieren ta’ nies ħarġu mill-moskea qawwijin u sħaħ.