Erba’ persuni ddaħlu l-isptar wara li tard il-Ħamis filgħaxija kienu involuti f’inċident ta’ traffiku ikrah li seħħ fit-tmienja u kwart ta’ filgħaxija fi triq Notabile, Birkirkara.
L-inċident seħħ meta Toyota Vitz ħabtet ma’ Peugeut 107 u baqgħu deħlin f’siġra. Il-Vitz kienet misjuqa minn raġel ta’ tlieta u sittin sena li miegħu kellu mara ta’ sittin sena u raġel ta’ sitta u tletin sena.
Il-kundizzjoni tax-xufier għadha mhijiex magħrufa filwaqt li ż-żewġ passiġġieri sofrew biss ġrieħi ħfief. Is-sewwieq tal-vettura l-oħra, li huwa ġuvni ta’ disgħa u għoxrin sena mill-Mosta ma sofra l-ebda ġrieħi. Il-pulizija qed tinvestiga dan l-inċident.
Ritratti: Alex Borg / Neil Azzopardi Ferriggi