Sitt persuni nqatlu fi splużjoni f’impjant kimiku f’Yancheng fil-Lvant taċ-Ċina. Dan filwaqt li 30 persuna ndarbu fl-isplużjoni li seħħet għall-ħabta tat-3:00pm, ħin tal-post.
L-isplużjoni kienet ikkawżata minn nirien li ħakmu fabbrika li tagħmel il-fertilizzant. Intant, fl-istess ħin li seħħet l-isplużjoni, kienet irrapurtata theżżiża.