Waqt spezzjonijiet u kontrolli tat-traffiku li saru tul il-lejl li għadda mill-Pulizija, sitt persuni nstabu li kienu qed isuqu waqt li kienu xurbana, u persuna oħra rrifjutat li toqgħod għal test tan-nifs, u ma tħallietx issuq.
Kien hemm sewwieqa oħra li tħarrku fost l-oħrajn minħabba sewqan mingħajr liċenzja valida jew ċintorin tas-sigurtà, u sewqan ta’ vettura b’numri tar-reġistrazzjoni nieqsa fost l-oħrajn.
B’kollox, Pulizija mis-Sezzjoni tat-Traffiku u tad-Distretti, flimkien ma’ Pulizija oħra mir-Rapid Interventiom Unit u l-Environemntal Protection Unit, waqfu mal-ħames mija u għoxrin vettura waqt dawn l-ispezzjonijiet.