Ibrahim Abdurahman ta’ ħamsa u għoxrin sena ngħata sentenza ta’ sitt xhur priġunerija wara li ammetta li prova jitlaq minn Malta b’dokumenti foloz.
Fil-Qorti, intqal kif l-imputat kien applika għall-istatus ta’ refuġjat, iżda f’nofs il-proċess, iddeċieda li jixtri dokument falz biex jitlaq minn pajjiżna.
Minħabba f’hekk id-Difiża stqarret li l-imputat ma kienx qed jipprova jaħrab l-awtoritajiet Maltin, u għalhekk, piena ta’ priġunerija mhix ideali.
Min-naħa tagħha, il-Prosekuzzjoni stqarret li każijiet ta’ dokumenti foloz huma kwistjoni ta’ sigurtà Nazzjonali, u appellat għal priġunerija efffettiva.