Mara mill-Imsida nqabdet titlajja għall-prostituzzjoni s-Sibt filgħaxija u ngħatat sentenza ta’ sitt xhur ħabs.
Michelle Sharona Falzon ta’ 45 sena wieġbet ħatja tal-akkużi miġjuba kontriha wara li ġiet arrestata f’Ta’ Xbiex.
Hija kienet akkużata wkoll li kisret il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest u t-termini ta’ żewġ sentenzi oħra li ngħata fl-2014 u f’Lulju tas-sena li għaddiet.